Language of document : ECLI:EU:T:2011:679





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 – Dorma vs UASI – Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS)

(Kawża T-500/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DORMA – Dokumenti ġodda li jirrigwardaw l-eżistenza tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 64-66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 542/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dorma GmbH & Co. KG u Puertas Doorsa, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dorma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.