Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2011 - Scatizza vs UASI - Jacinto (Horse Couture)

(Kawża T-238/10)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark figurattiva Komunitarja Horse Couture - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti HORSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Scatizza (Breganzona, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Manuel Jacinto, Lda (São Paio de Oleiros, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Marzu 2010 (Kawża R 723/2009-2), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Manuel Jacinto, Lda u Stephanie Scatizza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stephanie Scatizza hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209 tal-31.07.2010.