Language of document : ECLI:EU:T:2009:255





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Il‑Kummssjoni vs Atlantic Energy

(Kawża T‑182/08)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari – Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt – Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem – Tpaċija legali – Proċedura fil-kontumaċja”

1.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 50-69)

2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Stħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni ta’ tpaċija extraġudizzjarja bejn debiti u krediti adottata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament Nru 1605/2002 - Esklużjoni (Artikoli 230 KE u 238 KE) (ara l‑punt 70)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

Dispożittiv

1)

Atlantic Energy Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 226 010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta’ Ġunju 1996 u t-28 ta’ Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta’ Lulju 2002 u l‑31 ta’ Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta’ EUR 3 610.53, fejn din is‑somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar ’il fuq mill-1 ta’ Ġunju 2008 sal-ħlas kollu tad-debitu.

2)

Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.