Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2022 – DC vs HJ

(Kawża C-97/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Essen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DC

Konvenut: HJ

Domanda preliminari

L-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li l-klijent jirtira l-espressjoni ta’ intenzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni, konkluż lil hinn mill-post tan-negozju, biss wara li l-imprenditur ikun diġà pprovda (kompletament) is-servizzi tiegħu, din id-dispożizzjoni teskludi kwalunkwe dritt għal dannu kumpensatorju, anki jekk ma jkunux issodisfatti l-kriterji għal dannu kumpensatorju tal-valur skont id-dispożizzjonijiet dwar il-konsegwenzi legali tal-irtirar, iżda li l-klijent ikun ibbenefika minn titjib tal-patrimonju tiegħu minħabba s-servizzi ta’ kostruzzjoni tal-imprenditur, jiġifieri l-klijent ġie arrikkit?

____________

1 ĠU 2011, L 304, p. 64.