Language of document :

Appell imressaq fl-4 ta' Jannar 2007 minn M kontra d-digriet mogħti fid-19 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-23/07, M vs EMEA

(Kawża T-12/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: M (Broxbourne, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)

Talbiet ta' l-appellant

tannula d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ottubru 2007, M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, fil-kawża F-23/07;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija tal-25 ta' Ottubru 2006 safejn tiċħad it-talba tat-8 ta' Awwissu 2006 li tressaq il-każ quddiem il-kumitat ta' l-invalidità;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija li tiċħad it-talba għal kumpens;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-appell tiegħu, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jiċħad bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 li biha l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ċaħdet it-talba tiegħu għall-kostituzzjoni ta' kumitat ta' l-invalidità, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-31 ta' Jannar 2007 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens.

In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka motiv uniku bbażat fuq in-nuqqas ta' osservanza mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-dritt Komunitarju. Huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' interpretazzjoni tal-portata tar-rikors tiegħu fl-ewwel istanza u, konsegwentement, iddeċieda ultra petita. Huwa jallega wkoll li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, barra minn hekk, kiser l-Artikolu 33(1) u (2) tal-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

____________