Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2007 - Duro Sweden vs L-UASI (EASYCOVER)

(Kawża T-346/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Duro Sweden AB (Gävle, l-Iżvezja) (rappreżentant: R. Bird, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tat-3 ta' Lulju 2007 fil-kawża Nru R 1065/2005-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż;

tordna li tiġi milqugħa l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja skond ir-Regolament.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : It-trade mark verbali 'EASYCOVER' għal prodotti fil-klassijiet 19, 24 u 27 - applikazzjoni Nru 4 114 567

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Iċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Iċ-ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 sa fejn il-Bord ta' l-Appell sostna li l-applikazzjoni għat-trade mark tikser l-Artikolu 7(1)(b) fuq il-bażi li l-applikazzjoni għat-trade mark tikser l-Artikolu 7(1)(c) mingħajr ma ta l-ebda ġustifikazzjoni awtonoma għall-ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b).

Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament sa fejn il-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax kull aspett tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

____________