Language of document : ECLI:EU:T:2014:616





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) tal-24 ta’ Ġunju 2014 —

PPG u SNF vs ECHA

(Kawża T‑1/10 RENV)

“Rikors għal annullament — REACH — Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Rikors ippreżentat minn gruppi Ewropew b’interess ekonomiku — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 28-30)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Rikors ippreżentat minn grupp Ewropew b’interess ekonomiku li jirrappreżenta kumpanniji li jipproduċu u jimportaw l-imsemmija sustanza — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 1(3), 7, 33, 34(a), 57(a) u (b), u 59, u Anness II, taqsima 15) (ara l-punti 32, 35, 37-39, 50-53, 56-60)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA li tidentifika l-akrilamidu (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), inkonformità mal-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

3)

SNF għandha tbati l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.