Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-8 ta’ Awwissu 2023 – Caronte & Tourist SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
(Kawża C-511/23, Caronte & Tourist)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caronte & Tourist SpA
Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Domanda preliminari
L-Artikolu 102 TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-effettività tal-azzjoni amministrattiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-legge 24 novembre 1981, n. 689 (il-Liġi Nru 689 tal-24 ta’ Novembru 1981) – kif interpretat fil-ġurisprudenza – li timponi fuq l-Autorità garante della concorrenza e del mercato (l-Awtorità li Tiggarantixxi l-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tas-Suq) obbligu li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni għall-konstatazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti fi żmien it-terminu ta’ dekadenza ta’ disgħin jum, li jibda jiddekorri mill-mument li fih l-Awtorità jkollha għarfien tal-elementi essenzjali tal-ksur, fejn dawn tal-aħħar jistgħu jkunu ssodisfati mal-ewwel notifika tal-ksur.
____________