Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Collée vs Il-Parlament Ewropew
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura għall-allokazzjoni ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew - Eżami komparattiv tal-merti)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurent Collée (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u A. Lukošiūtė)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta' Jannar 2006 li talloka lir-rikorrent żewġ punti ta' mertu skont il-proċedura ta' promozzjoni 2004 u, min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni tal-illegalità tal-punt I.3 tal-"Istruzzjonijiet dwar il-proċedura ta' allokazzjoni ta' punti ta' promozzjoni" tal-Parlament Ewopew tat-13 ta' Ġunju 2002.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jingħataw 2 punti ta' mertu lil L. Collée fil-proċedura ta' promozzjoni 2004 hija annullata.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 42, 24.02.2007, p. 48.