Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2013 - Group Nivelles vs UASI - Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta' pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)

(Kawża T-15/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Group Nivelles (Gingelom, il-Belġju) (rappreżentant: H. Jonkhout, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Easy Sanitairy Solutions BV (Losser, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Ottubru 2012 fil-Każ 2004/2010-3 u, f'dan il-każ wara korrezzjoni tal-motivi, tapprova d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-23 ta' Settembru 2010 fil-Każ ICD 000007024, b'notifika ta' din id-deċiżjoni mirċevija fl-1 ta' Ottubru 2010.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn li jirrappreżenta pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa - disinn Komunitarju Nru°107834-0025

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Easy Sanitary Solutions BV

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru°6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: nullità tad-disinn

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq raġunijiet żbaljati u fuq kriterji ta' paragun żbaljati fil-fatt

____________