Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2013 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

(Kawża T-404/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1308/2012-5, dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 355 527, kelma: SUBSCRIBE, kif ukoll id-deċiżjoni preċedenti tad-dipartiment tat-trade marks tal-UASI tat-22 ta’ Mejju 2012, sa fejn ġiet irrifjutata l-protezzjoni għat-trade mark;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SUBSCRIBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 355 527Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll mal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, kif emendata bil-Protokoll Nru 11, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1998;ksur tal-Artikolu 56 TFUE.