Language of document : ECLI:EU:T:2014:645





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2014 — NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

(Kawża T‑404/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUBSCRIBE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 56 TFUE”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tad-diversi motivi għal rifjut — Interpretazzjoni tal-motivi għal rifjut fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull wieħed minnhom (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 20)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali SUBSCRIBE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 30-33)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Slogan li jgħaddi messaġġ oġġettiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 39)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 47, 48)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Bordijiet tal-Appell — Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju — Dritt tal-partijiet għal “smigħ” xieraq — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1308/2012-5), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUBSCRIBE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)Ir-rikors huwa miċħud.

2)NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.