Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Wandschneider vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera- Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2003, Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni )
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u H. Tserepa-Lacombe, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Min-naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall- proċedura ta' evalwazzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 229, 17.09.2005, p.32 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew taħt in-numru T-282/05 u trasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15/12/2005).