Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Marzu 2010 - Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm li jistabbilixxi 'faċilità tal-ikel' iddestinat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw - Sejħa ghal proposti għall-għoti ta' sussidji - Rifjut ta' sussidju - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Ksur ta' rekwiżiti formali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alisei (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar l-għażla ta' applikazzjonijiet għal sussidju ppreżentati fil-kuntest tal-programm "Faċilità ta' risposta ta' malajr għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw" (EuropeAid/128608/C/ACT/Multi).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huwa rriżervati.

____________