Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2011 - Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/09) 1

"Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Importazzjoni ta' settijiet tat-televixin tal-kulur provenjenti mit-Turkija - Rikors għad-danni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Formenti Seleco SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Malatesta, G. Terracciano u S. Malatesta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti tallega li subiet għaliex il-Kumissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timpedixxi lill-awtoritajiet Torok milli jiksru l-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, meta tiġi ddeterminata l-oriġini tat-televixins tal-kulur provenjenti mit-Turkija importati fil-Komunità.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Formenti Seleco SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.7.2009.