Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2012 - Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/09) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Uċuħ tar-raba' li jinħarat - Iffriżar tal-artijiet")

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn J. Bering Liisberg, sussegwntement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti, assistiti minn P. Biering u J. Pinborg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn N. Rasmussen u F. Jimeno Fernández, sussegwentement minn F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn T. Ryhl, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta' Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mid-Danimarka minħabba l-iffriżar tal-artijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 193, 15.08.2009.