Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Mejju 2009 - Yorma's vs UASI - Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA'S y)

(Kawża T-213/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yorma's AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Weiß, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-20 ta' Frar 2009, fil-Każ R 1879/2007-1 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "YORMA'S" bl-ilwien blu u isfar għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 2 048 205)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "NORMA" (Trade mark Komunitarja Nru 213 769) għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 16, 18, 21, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35 u 36 kif ukoll l-isem kummerċjali "NORMA" u s-sinjal figurattiv "NORMA" użati normalment fil-kummerċ fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091)

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)