Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta' Settembru 2008 - Yassin Abdullah Kadi Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawżi magħquda C-402/05 P u C-415/05 P)1

(Politika barranija u ta' sigurtà komuni (PBSK) - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban - Kunsill tas-Sigurtà - Riżoluzzjonijiet adottati taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti - Implementazzjoni fil-Komunità - Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK [PBSK] - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Miżuri li jikkonċernaw persuni u entitajiet inklużi f'lista redatta minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit mill-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 1267 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet) - Inklużjoni ta' ċerti persuni u entitajiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Kompetenza tal-Komunità - Bażi ġuridika magħquda tal-Artikoli 60 KE, 301 KE u 308 KE - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

Lingwi tal-kawża: L-Ingliż u l-Iżvediż

Partijiet

Appellanti: Yassin Abdullah Kadi (rappreżentanti: I. Brownlie, D. Anderson QC, P. Saini, Barrister, G. Martin, Solicitor), Al Barakaat International Foundation (rappreżentanti: L. Silbersky u T. Olsson, advokater)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u E. Karlsson, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Brown, J. Enegren u P.J. Kuijper, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: R. Caudwell, E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, aġenti u C. Greenwood QC, A. Dashwood, Barrister)

Intervenjenti insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u S. Gasri, aġenti), Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: H. G. Sevenster u M. de Mol, aġenti)

Partie intervenante au soutien de la Commission des Communautés européennes: République française (représentants: G. de Bergues, E. Belliard et S. Gasri, agents)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tal-21 ta' Settembru 2005 fil-kawża T-315/01, Kadi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet a) li m'hemmx lok tiddeċiedi fuq it-talba tar-rikorrent li jiġi anullat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2062/2001, tad-19 ta' Ottubru 2001, li jemenda, għat-tielet darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan u li jabroga r-Regolament (KE) Nru 337/2000 (ĠU L 277, p. 25), inkwantu dan iżid lir-rikorrent mal-lista tal-persuni u tal-entitajiet li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar tal-fondi impost mir-Regolament imsemmi iktar 'il fuq, u b) li tiċħad bħala mhux fondata t-talba tar-rikorrent li jiġi annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 139, p. 9), inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh.

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tal-21 ta' Settembru 2005, Yusuf u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-306/01), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-21 ta' Settembru 2005, Kadi vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-315/01) kif ukoll Yusuf u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T−306/01), huma annullati.

2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża [iffriżar] fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, huwa annullat inkwantu dan jikkonċerna lil Y.A. Kadi u lil Al Barakaat International Foundation.     

3)    L-effetti tar-Regolament Nru 881/2002, inkwantu dan jikkonċerna lil Y.A. Kadi u lil Al Barakaat International Foundation, għandhom jinżammu għal perijodu li ma jistax jeċċedi tliet xhur mid-data li fiha tingħata din is-sentenza.

4)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej huma kkundannati jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, kull wieħed nofs l-ispejjeż sostnuti minn Y.A. Kadi u Al Barakaat International Foundation kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-okkażjoni ta' dawn l-appelli.

5)    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-okkażjoni ta' dawn l-appelli.

6)    Ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża kif ukoll ir-Renju tal-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 36, 11.02.2006 ĠU C 48, 25.02.2006