Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2012 - Indesit Company vs UASI - ILVE (quadrio)

(Kawża T-214/12)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Indesit Company SpA (Fabriano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA (Campodarsego, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-14 ta' Marzu 2012 fil-Każ R 2219/2010-1 u tilqa' r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7.313.158 li tinkludi l-element verbali "quadrio" b'kitba partikolari biex tidentifika friġġijiet.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "quadrio" għal prodotti fil-klassi 11 - applikazzjoni Nru 7.313.158

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali "QUADRA" għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009

____________