Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/11) 1

(Servizz pubbliku – Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra ta’ talba għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura – Rikors għal annullament li għandu l-istess suġġett bħal talba għall-intaxxar tal-ispejjeż – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba biex tiġi annullata d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li fiha l-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 65, 3.3.12, p. 26.