Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010 - BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/08)1

"Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Taljani fir-rigward ta' ċerti banek ristrutturati - Skema ta' riallinjament tal-valuri fiskali tal-assi - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal għajnuna - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta' għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Natura selettiva - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza); u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Silvestri, G. Escalar u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/711/KE, tal-11 ta' Marzu 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/07 (ex NN 20/07) li implementat l-Italja, dwar inċentivi fiskali favur ir-ristrutturazzjoni ta' ċerti istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 237, p. 70).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.