Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fis-27 ta’ Mejju 2021 – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-330/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Escape Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi huwa suġġett għar-rata mnaqqsa ta’ VAT unikament jekk ma tiġi pprovduta ebda gwida individwali jew gwida ta’ grupp?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.