Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – Aventis Pharmaceuticals vs UASI – Fasel (CULTRA)

(Kawża T-142/12)1

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CULTRA – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SCULPTRA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aventis Pharmaceuticals, Inc. (Bridgewater, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: F. Mattina, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Fasel Srl (Bologna, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aventis Pharmaceuticals, Inc. u Fasel Srl.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010-1) hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Aventis Pharmaceuticals, Inc., għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 165, 9.6.2012.