Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – Pro-Duo vs UASI – El Corte Inglés (GO!)

(Kawża T-141/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pro-Duo NV (Ghent, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. G. Alkin, sussegwentement T. G. Alkin u C. Hall, barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1373/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Pro-Duo NV.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

____________

1     ĠU C 165, 09.06.2012