Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Comsa vs UASI – COMSA (COMSA)

(Kawża T-144/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMSA – Isem kummerċjali preċedenti Comsa, SA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Xebh tas-servizzi – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comsa, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Aznar Alonso, sussegwentement A. Gómez López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Constructora de obras municipales, SA (COMSA) (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comsa, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA).DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comsa, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA) hija annullata, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 u awtorizzat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal dawn l-istess servizzi.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Comsa għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.