Language of document : ECLI:EU:T:2013:374





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Aventis Pharmaceuticals vs UASI – Fasel (CULTRA)

(Kawża T‑142/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CULTRA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SCULPTRA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 53)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva CULTRA u trade marks verbali SCULPTRA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 51, 52, 56, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aventis Pharmaceuticals, Inc. u Fasel Srl.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2478/2010‑1) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Aventis Pharmaceuticals, Inc., għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.