Language of document : ECLI:EU:T:2014:197





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Comsa vs UASI – COMSA (COMSA)

(Kawża T‑144/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMSA – Isem kummerċjali preċedenti Comsa, SA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Xebh tas-servizzi – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Użu tas-sinjal fil-kummerċ (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4) (ara l-punti 17, 24))

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Trade mark verbali COMSA u isem ta’ kumpannija Comsa, SA (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4) (ara l-punti 28, 29, 65-68))

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b) (ara l-punti 34, 44, 57))

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Bżonn ta’ eżami strett u komplut f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (ara l-punt 49))

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2012 (każijiet magħquda R 518/2011‑2 u R 795/2011‑2 u R 795/2011‑2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn COMSA, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comsa, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA), hija annullata, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 u awtorizzat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal dawn l-istess servizzi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Comsa għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.