Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/09) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Drittijiet tad-difiża – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Obbligu ta’ motivazzjoni – Multi – Ugwaljanza fit-trattament – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – Proporzjonalità – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa – Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SKW Stahl-Metallurgie Holding AG (Unterneukirchen, il-Ġermanja); u SKW Stahl-Metallurgie GmbH (Unterneukirchen) (rappreżentanti: inizjalment A. Birnstiel, S. Janka u S. Dierckens, avukati, sussegwentement A. Birnstiel u S. Janka)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. von Lingen u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Gigaset AG (li kienet Arques Industries AG) (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, A. Scheidtmann u B. Meyring, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 - Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SKW Stahl-Metallurgie Holding AG u SKW Stahl-Metallurgie GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Gigaset AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 297, 05.12.2009.