Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2022 – Banque postale vs BĊE

(Kawża T-190/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla t-Taqsima 1.2 u t-Taqsimiet 3.2.1 sa 3.2.8 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB-SSM-2022-FRBPL-1 (flimkien mal-annessi tagħha), tat-2 ta’ Frar 2022, sa fejn tippreskrivi miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-impenji irrevokabbli ta’ ħlas li jikkonċernaw is-sistema ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha;

tadotta, skont l-Artikoli 88 u 89 tar-Regoli tal-Proċedura, miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura intiża sabiex il-BĊE jikkomunika d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-impenji irrevokabbli ta’ ħlas meħuda għal istituzzjonijiet bankarji oħra għall-2021, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet bankarji Franċiżi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-186/22, BNP Paribas vs BĊE.

____________