Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2010 - CEAHR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/08) 1

("Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Deċiżjoni li lment jiġi miċħud - Rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi Svizzeri li jipprovdu spare parts lill-arluġġara indipendenti - Interess Komunitarju - Suq rilevanti - Suq primarju u suq ta' wara l-bejgħ - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération européenne des Associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Ronkes Agerbeek, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u F. Castilla Contreras, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Richemont International SA (Bellevue, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Ysewyn, avukat, u H. Crossley, solicitor)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3600, tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-Każ COMP/E-1/39097.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3600, tal-10 ta' Lulju 2008, fil-Każ COMP/E-1/39097 hija annullata.

Richemont International SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Confédération européenne des associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR), minħabba l-intervent.

Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, il-kumplament tal-ispejjeż sostnuti mis-CEAHR.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.