Language of document : ECLI:EU:T:2021:784


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal10 ta’ Novembru 2021 –
VF International vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

(Kawża T518/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NATIONAL GEOGRAPHIC – Trade mark preċedenti mhux irreġistrata GEOGRAPHIC – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji ffissati mid-dritt nazzjonali li jirregolaw is-sinjal invokat

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ))

(ara l-punti 15, 16, 18)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Użu tas-sinjal fil-kummerċ – Kunċett – Użu fil-kuntest ta’ attività kummerċjali intiża għal vantaġġ ekonomiku

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ))

(ara l-punti 17, 30)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Trade mark figurattiva NATIONAL GEOGRAPHIC u trade mark mhux irreġistrata GEOGRAPHIC

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ))

(ara l-punti 26, 38, 43, 44, 46, 47)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Portata lokali tas-sinjal

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ))

(ara l-punt 31)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94)

(ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑21 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1664/2019‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VF International u National Geographic Society.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VF International Sagl hija kkundannata għall-ispejjeż.