Language of document : ECLI:EU:T:2021:768


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2021 –
Selmikeit & Giczella vs EUIPO – Boehmert & Boehmert (HALLOWIENER)

(Kawża T500/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALLOWIENER – Nuqqas ta’ użu ġenwin – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d))

(ara l-punt 13)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, Artikolu 58(1)(a))

(ara l-punti 19 sa 23, 33, 35, 36, 41)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark verbali HALLOWIENER

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, Artikolu 58(1)(a))

(ara l-punti 38, 42 sa 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1893/2019-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Boehmert & Boehmert Anwaltspartnerschaft mbB – Patentanwälte Rechtsanwälte u Selmikeit & Giczella.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Selmikeit & Giczella GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.