Language of document : ECLI:EU:T:2021:805


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad9 ta’ Novembru 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T165/21)

“Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘COVID-19 Vaccine AstraZeneca – Vaċċin tal-COVID-19 (ChAdOx1-S[rikombinanti]’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat minn rikorrent li ma huwiex id-destinatarju tal-att ikkontestat – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Att li jipproduċi effetti legali obbligatorji fil-konfront tar-rikorrent – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq kundizzjonat ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 – Att li ma jbiddilx is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Assenza ta’ interess ġuridiku

(Ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 28 sa 32, 37, 38)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq kundizzjonat ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 – Assenza ta’ inċidenza diretta tar-rikorrent

(Ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 40 sa 42, 47, 48, 51)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq kundizzjonat ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 – Rikors ippreżentat minn individwi li jinvokaw ksur tad-drittijiet fundamentali – Assenza ta’ inċidenza individwali

(Ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 52 sa 56)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq kundizzjonat ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 – Esklużjoni

(Ir-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 57, 58)

5.      Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura legali tal-att ikkontestat

(Artikolu 19(1)TUE; Artikoli 263, 267 u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punti 63 sa 66)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2021) 698 (final) tad‑29 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “COVID 19 Vaccine AstraZeneca – Vaċċin tal-COVID 19 (ChAdOx1 S[rikombinanti]), prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn TN, minn TR u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, minn VH u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, minn Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II u minn Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II.

3)

Heidi Amort u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness I huma kkundannati għall-ispejjeż

4)

TN, TR u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, VH u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II u Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-Anness II, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.