Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2010 - Tresplain Investments vs UASI - Hoo Hing (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-303/08)1

Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Golden Elephant Brand - Trade mark nazzjonali figurattiva mhux irreġistrata GOLDEN ELEPHANT - Raġuni relattiva għal rifjut - Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti - Azzjoni taħt il-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009] - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009] - Motivi ġodda - Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tresplain Investments Ltd (Tsing Yi, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    It-talbiet ta' Hoo Hing Holdings Ltd intiżi għall-annullament parzjali u għall-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd, huma miċħuda.

3)    Tresplain Investments għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Hoo Hing Holdings. Hoo Hing Holdings għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 260, 11.10.2008.