Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 - Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' żiemel)

(Kawża T-386/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1730/2007-1 u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-25 ta' Settembru 2007, u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829354;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: rappreżentazzjoni ta' żiemel fir-rigward ta' prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 31 - Applikazzjoni Nru 4 829 354

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni la hija indikazzjoni direttament deskrittiva u lanqas ma hija indikazzjoni esklużivament deskrittiva, u sa fejn hija għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

____________