Language of document : ECLI:EU:T:2009:48





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2009 – Tirrenia di Navigazione et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04)

“Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Sussidji mħallsa mill-awtoritajiet Taljani lil kumpanniji reġjonali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq kommuni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors tal-impriża benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, u Artikolu 233 KE) (ara l-punti 63-72)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat (Artikoli 87 KE u 253 KE) (ara l-punti 98, 99, 101-103)

3.                     Kummissjoni – Prinċipju ta’ kolleġjalità – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l‑punti 107, 108)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Kunċett (Artikolu 88(3) KE) (ara l-punti 123, 124, 126, 127)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Ħlasijiet favur kumpanniji marittimi li jiżguraw, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku, servizz ta’ rotot regolari bejn il-gżejjer (Artikolu 88(1) u (3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikolu 4(3)) (ara l-punti 143, 144)

6.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Awtorità assoluta ta’ res judicata (ara l-punti 159, 160)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta’ Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU 2005, L 53, p. 29).

Dispożittiv

1)

Fil-kawżi T-265/04 u T-292/04, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta’ Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia), hija annullata.

2)

Fil-kawża T-504/04, ir-rikors m’għadx għandu skop.

3)

Fil-kawża T-265/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Tirrenia di Navigazione SpA.

4)

Fil-kawża T-292/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Caremar SpA, Siremar SpA, Saremar SpA u Toremar SpA.

5)

Fil-kawża T-504/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Navigazione Libera del Golfo SpA.

6)

Fil-kawża T-504/04, ir-Repubblika Taljana u Caremar għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.