Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2008 - Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-257/07 R II)

(" Proċeduri għal miżuri provviżorj - Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi ")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, R. Loosli-Surrans, A.-L. During u G. de Bergues, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin u A. Bordes, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), safejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta' dan l-anness VII, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

Dispożittiv

L-applikazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni fil-proċedura prinċipali, u dan safejn jintroduċi, fil-Kapitolu A tal-anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________