Language of document : ECLI:EU:T:2021:658


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 –
Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings Franza (JUVÉDERM VOLITE)

(Kawża T-637/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VOLITE – Ħlas tardiv tal-ispejjeż tar-rikors – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 101(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Restitutio in integrum”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Restitutio in integrum – Applikabbiltà għat-terminu mogħti għall-ħlas tat-taxxi tar-rikors

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 68, 104(5) u 105(1) u (2))

(ara l-punt 35)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Obbligu li jiġu informati l-partijiet bil-mezzi ta’ rikors u bit-termini – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/2012, Artikoli 68 u 104); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2018/2012, Artikolu 68)

(ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1015/2020-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż.