Language of document : ECLI:EU:T:2021:667


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 –
NZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T668/20)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla – Setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Bord tal-Għażla – Assenza ta’ komunikazzjoni tal-marki intermedjarji u tal-kunsiderazzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu l-eżami orali”

1.      Uffiċjali Kompetizzjoni – Bord tal-Għażla – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Osservanza tas-sigriet tax-xogħlijiet – Użu ta’ marki intermedjarji mill-Bord tal-Għażla – Komunikazzjoni tal-marki intermedjarji – Kompatibbiltà mal-osservanza tas-sigriet tax-xogħlijiet

(Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25, Artikoli 90 u 91 u Anness III, Artikolu 6)

(ara l-punti 35 sa 38, 48 sa 51)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Implimentazzjoni tal-kriterji ta’ mmarkar u tal-kunsiderazzjoni tagħhom – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Għażla – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III)

(ara l-punti 59 sa 69)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tad-29 ta’ April 2020, meħuda fit-tmiem ta’ eżami mill-ġdid, li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2020, li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 irrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi l-isem ta’ NZ fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad AD 10, fil-qasam tal-“Koordinazzjoni, komunikazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, awditu”, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.