Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2010 - Footwear vs UASI - Reno Schuhcentrum (swiss cross FOOTWEAR)
(Kawża T-49/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: The Footwear Co. Ltd (Chai Wan, Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: G. Griss u C. Loidl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reno Schuhcentrum GmbH (Thaleischweiler-Fröschen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-4 ta' Diċembru 2009, fil-Każ R 1705/2008-4;
tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 25 u 28;
tordna lill-Uffiċċju jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "swiss cross FOOTWEAR" għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 4 686 549)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reno Schuhcentrum GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "criss cross" Nru 302 29 875 għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
1, għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)