Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Diċembru 2011 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-560/08) 

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Proġetti ta' twessigħ u/jew ta'titjib tat-triq M-501 fi Spanja - ŻPS ES0000056 'Encinares del río Alberche y río Cofio' - SIK propost ES3110005 'Cuenca del río Guadarrama' u SIK propost ES3110007 'Cuencas de los ríos Alberche y Cofio')

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. .Pardo Quintillán, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: K. Rokicka, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), 5, 6(2), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istimi tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(3) u (4), moqri flimkien mal-Artikolu 7 u l-Artikolu 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tat-12 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif interpretat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2005, fil-Kawża C-117/03, u tal-14 ta' Settembru 2006, fil-Kawża C-244/05 - Proġetti ta' twessigħ u/jew titjib tat-triq M-501 - ZEP ES 0000056 "Encinares del río Alberche y río Cofio" - SIK propost ES 3110005 "Cuenca del río Guadarrama" u SIK propost ES 3110007 "Cuencas de los ríos Alberche y Cofio"

Dispożittiv

Billi ma ssodisfax ir-rekwiżiti previsti:

fl-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), skont il-każ, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta' Mejju 2003, f'dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta' twessigħ u/jew ta' titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tat-triq M-501;

fl-Artikoli 6(2) u 8 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/55, fir-rigward tal-proġetti separati ta' twessigħ u/jew ta' titjib tas-sezzjonijiet 2 u 4 ta' din it-triq;

fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, f'dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta' twessigħ u/jew ta' titjib tas-sezzjonijiet 1, 2 u 4 tal-istess triq;

fl-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha, f'dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta' twessigħ u/jew ta' titjib tas-sezzjonijet 1, 2 u 4 tat-triq M-501, f'dak li jirrigwarda ż-żona ta' protezzjoni speċjali ES0000056 "Encinares del río Alberche y río Cofio", u

fl-Artikolu 12(1)(b) u (d) ta' din l-istess direttiva, f'dak li jikkonċerna l-proġetti separati ta' twessigħ u/jew ta' titjib tas-sezzjoni 1 tat-triq M-501, f'dak li jirrigwarda s-sit ta' importanza Komunitarja propost ES3110005 "Cuenca del río Guadarrama", u tas-sezzjonijiet 2 u 4 tal-istess triq, f'dak li jirrigwarda s-sit ta' importanza Komunitarja propost ES3110007 "Cuencas de los ríos Alberche y Cofio",

ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-spejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009