Language of document : ECLI:EU:T:2018:966

Kawża T400/10 RENV

Hamas

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Drittijiet tad-difiża – Dritt għall-proprjetà”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tal‑14 ta’ Diċembru 2018

1.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Kamp ta’ applikazzjoni – Persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi – Kunċett – Kriterju ta’ evalwazzjoni

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931)

2.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Portata – Komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2580/2001 u Nru 610/2010)

3.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi ta’ organizzazzjoni involuta f’atti terroristiċi – Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/386/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2580/2001 u Nru 610/2010)

4.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi – Awtorità kompetenti sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni nazzjonali – Kunċett – Awtorità ta’ Stat terz – Inklużjoni

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

5.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi ta’ awtorità ta’ Stat terz – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Deċiżjoni nazzjonali adottata fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ verifika li jaqa’ fuq il-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Awtorità kompetenti sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni nazzjonali – Kunċett – Awtorità amministrattiva – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

7.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Assenza ta’ obbligu ta’ deċiżjoni nazzjonali li taqa’ fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali stricto sensu – Kundizzjonijiet

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Ġustifikazzjoni – Rispett tad-drittijiet fundamentali – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

9.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Deċiżjoni nazzjonali ta’ kundanna – Assenza ta’ obbligu li jiġu indikati l-provi jew l-indizji serji u kredibbli li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni nazzjonali

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

10.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet issuspettati li wettqu attivitajiet terroristiċi – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296 TFUE; Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/430/PESK, 2011/872/PESK, 2012/333/PESK, 2012/765/PESK, 2013/395/PESK u 2014/72/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 687/2011, Nru 1375/2011, Nru 542/2012, Nru 714/2013 u Nru 125/2014)

11.    Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ li jkopri l-elementi kollha meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tintwera l-persistenza tar-riskju ta’ involviment f’atti terroristiċi – Elementi li ma humiex kollha bbażati fuq deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti – Assenza ta’ effett

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/430/PESK, 2011/872/PESK, 2012/333/PESK, 2012/765/PESK, 2013/395/PESK u 2014/72/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 687/2011, Nru 1375/2011, Nru 542/2012, Nru 714/2013 u Nru 125/2014)

12.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Ġustifikazzjoni – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kunsill – Portata

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4); Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikolu 2(3))

13.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Regolament Nru 2580/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunflitt armat fis-sens tad-dritt umanitarju internazzjonali – Inklużjoni

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001)

14.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi – Obbligu tal-Kunsill li jindika l-modalitajiet tal-eżami mill-ġdid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti – Assenza

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(6))

1.      Skont il-Pożizzjoni Komuni 2001/931, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-element rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk għandhomx jiġu applikati r-regoli li jinsabu fiha għal persuna jew għal entità huwa marbut mal-atti li jkunu twettqu minnhom u mhux man-natura ta’ dik il-persuna jew entità. Għaldaqstant, iż-żamma ta’ poter wara elezzjonijiet, in-natura politika tal-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni fi gvern, ma jistgħux jitqiesu li jippermettu li tiġi evitata l-applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931.

(ara l-punti 153, 154)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 170, 171, 175, 176, 179, 180, 197, 214, 221, 379, 380)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 184 sa 189, 192, 393, 394)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 244, 245)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 246, 247)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 259 sa 261)

7.      Il-Pożizzjoni Komuni 2001/931, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, ma tirrikjedix li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tidħol fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali stricto sensu, sakemm il-proċedura nazzjonali inkwistjoni jkollha bħala għan il-ġlieda kontra t-terroriżmu fis-sens wiesgħa.

(ara l-punt 269)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 282 sa 284)

9.      Għal dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, mill-formulazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, jirriżulta li r-rekwiżit li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu ibbażati fuq provi u indizji serji u kredibbli jikkonċerna d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-ftuħ ta’ investigazzjonijiet jew ta’ proċeduri kriminali, iżda ma huwiex applikabbli għad-deċiżjonijiet li jinvolvu kundanna. Fl-fatt, fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ftuħ ta’ investigazzjonijiet jew ta’ proċeduri kriminali, dan ir-rekwiżit jipproteġi lill-persuni ikkonċernati billi jiżgura li l-inklużjoni ta’ isimhom fil-listi ta’ ffriżar ta’ fondi tkun seħħet fuq bażi fattwali suffiċjentement solida, filwaqt li, fid-deċiżjonijiet ta’ kundanna, dan ir-rekwiżit ma għandux jibqa’ applikabbli, għaliex l-elementi miġbura preċedentement matul l-investigazzjoni jew il-proċeduri kriminali kellhom bħala prinċipju jkunu s-suġġett ta’ eżami fid-dettall.

(ara l-punti 304 sa 306)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 317 sa 319, 378)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 330 sa 335)

12.    Peress li l-Kunsill ma għandux jindika, fl-espożizzjoni tal-motivi tal-atti li jżommu miżuri restrittivi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-provi u l-indizji li fuqhom tkun ibbażata deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, meta din l-awtorità tkun ta’ Stat Membru, il-Kunsill ma jistax jintalab jivverifika l-klassifikazzjoni tal-fatti mwettqa mill-awtorità nazzjonali u jindika, f’dawn l-atti, ir-riżultat ta’ din il-klassifikazzjoni.

(ara l-punti 344, 345)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 351 sa 353)

14.    Fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid taħt l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill jista’ jżomm l-isem tal-persuna jew tal-entità kkonċernata fil-listi ta’ ffriżar ta’ fondi jekk huwa jikkonkludi li kompla jippersisti r-riskju tal-involviment tagħha f’attivitajiet terroristiċi li jkun iġġustifika l-inklużjoni inizjali tagħha f’dawn il-listi. Fil-kuntest tal-verifika tal-persistenza tar-riskju ta’ involviment tal-persuna jew tal-entità kkonċernata fl-attivitajiet terroristiċi, l-eżitu sussegwenti tad-deċiżjoni nazzjonali li tkun serviet bħala bażi għall-inklużjoni inizjali tal-isem ta’ din il-persuna jew ta’ din l-entità fil-listi ta’ ffriżar ta’ fondi għandu debitament jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari t-tħassir jew l-irtirar ta’ din id-deċiżjoni nazzjonali minħabba fatti jew elementi ġodda jew tibdil tal-evalwazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti. Madankollu, għal dak li jirrigwarda deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kunsill ma għandux jindika, fid-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi, il-modalitajiet tal-eżami mill-ġdid ta’ din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, ma jistax jiġi obbligat jindika l-fatti li jservu ta’ bażi għad-deċiżjonijiet ta’ reviżjoni, u lanqas li jivverifika l-klassifikazzjoni.

(ara l-punti 357, 358, 360, 361)