Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI – Yorma's (Yorma Eberl)

(Kawża T-229/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yorma's AG (Deggendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 532/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Yorma's AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Yorma Eberl” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 40 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 9 940 289

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: l-isem kummerċjali u d-denominazzjoni tal-kumpannija użati fil-kummerċ kif ukoll it-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja NORMA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 11, 16, 18, 21, 22, 23, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 39, 41 u 42Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni muċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru. 207/2009–    ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009