Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Trecolore)

(Kawża T-227/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 253/2013-1 sa fejn l-Ewwel Bord tal-Appell jannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u jilqa’ l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni li tiċħad l-applikazzjoni Nru 9 877 325 fir-rigward ta’ prodotti fil-klassijiet 18 u 25;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni Nru 9 877 325 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliApplikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “Trecolore” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 18, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 877 325Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aeronautica Militare – Stato MaggioreTrade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja u nazzjonali verbali u figurattiva “FRECCE TRICOLORI”, għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 9, 14, 16, 18, 20,

25, 28 u 41Deċiżjoni tad-Div

iżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-inti

er tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment miċħudaMotivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009