Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – CBM Creative Brands Marken vs UASI – Aeronautica Militare – Stato Maggiore (TRECOLORE)

(Kawża T-228/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 594/2013-1 sa fejn l-Ewwel Bord tal-Appell laqa’ d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-Applikazzjoni Nru 009 877 391 fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u fir-rigward tas-servizzi “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, inkluż permezz ta’ websajts u servizzi ta’ telebejgħ, fir-rigward ta’ ilbies, xedd is-saqajn, xedd ir-ras, nuċċalijiet tax-xemx, metalli prezzjużi u l-ligi tal-metall u oġġetti f’metalli prezzjużi jew miksija bihom, ġojjellerija, ħaġar prezzjuż, strumenti tal-ħin, ġlud ta’annimali u imitazzjoni tal-ġilda, u oġġetti magħmulin minn dawn il-materjali, ġlud ta’ annimali, xorts għall-għawm u valiġġi, basktijiet ta’ kuljum, basktijiet tal-id, portafolli, valiġġi, portafolli taċ-ċwievet, barżakki ta’ fuq id-dahar, boroż żgħar, umbrelel, umbrelel tax-xemx u bsaten, frosti, xeddijiet għall-annimali u oġġetti magħmulin minn sarraġ” tal-klassi 35;tiċħad l-oppożizzjoni kontra Applikazzjoni Nru 009 877 391 fl-intier tagħha;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliApplikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TRECOLORE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 877 391Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aeronautica Militare – Stato Maggior

eTrade mark jew sinjal invokat: il-kelma u t-trade mark figurattiva Komunita

rja u nazzjonali “FRECCE TRICOLORI”, g

ħal prodotti u servizzi fil-kl

assijiet 9, 14, 16, 18, 20, 25, 28 u 41Deċiżjoni tad-

Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009