Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Ġunju 2015 – Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI – Yorma’s (Yorma Eberl)

(Kawża T-229/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Yorma Eberl – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti NORMA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yorma’s AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Weiß u C. Muck, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2014 (Każ R 532/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG u Yorma’s AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 194, 24.6.2014.