Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230/14) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Edelstahlwerke GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.Deutsche Edelstahlwerke GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 223, 14.7.2014.