Language of document : ECLI:EU:T:2015:143





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)

(Kawża T‑233/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEXTCARD – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur – Obbligu ta’ motivazzjoni – Appell manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel frażi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel frażi tal-Artikolu 75) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 16, 17)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 taFrar 2014 (Każ R 1807/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali NEXTCARD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.