Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – EMA vs Drakeford

(Kawża T-231/14 P)1

(“Appell Servizz pubbliku Membri tal-persunal temporanju Kuntratt għal żmien determinat Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: David Drakeford (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u E. Maurage, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u V. Peres de Almeida, aġenti); L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken, S. Gabbi u C. Pintado, aġenti); u Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2014, Drakeford vs EMA (F-29/13, ĠabraSP, EU:F:2014:10), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivIs-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It‑Tielet Awla), tal-5 ta’ Frar 2014, Drakeford vs EMA (F‑29/13, EU:F:2014:10), hija annullata sa fejn f’dik is-sentenza t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżerċita s-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu fil-qasam pekunjarju għall-perijodu ta’ wara l-għoti ta’ dik is-sentenza.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.L-ispejjeż huma rriżervati għal David Drakeford u għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u Iċ-Ċentru E

wropew għall

-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati ma’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 202, 30.06.2014.