Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Mejju 2012 - Yoshida Metal Industry vs UASI - Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta' wiċċ b'tikek suwed)

(Kawża T-416/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta wiċċ b'tikek suwed - Forma tal-prodott neċessarja għall-kisba ta' riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (Tsubame-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvizzera); Bodum France (Neuilly-sur-Seine, Franza); u Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentant: H. Pernez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Mejju 2010 (Każ R 1237/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Mejju 2010, (Każ R 1237/2008-1) hija annullata.

2)    Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż ta' Yoshida Metal Industry Co. Ltd.

3)    Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010